Ir-Radisson ta’ San Ġiljan tagħlaq il-bibien temporanjament

Radisson Blu Resort St Julian's

Read in English.

Il-lukanda Radisson Blu Resort li tinsab f’San Ġiljan se tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha temporanjament mill-1 ta’ Ottubru.

Dan qalitu permezz ta’ post fuq Facebook fejn spjegat li flimkien mal-lukanda se jkunu qed jagħlqu l-outlets kollha ta’ magħha fl-istess data. Il-lukanda qalet li se tkun qed tuża dan iż-żmien ta’ għeluq biex tirranġa l-faċilitajiet tagħha, ittejjeb is-servizz u tkompli taħdem biex tipprovdi l-aktar ambjent sikur għat-tim tagħha u dawk li jżuru l-lukanda.

Il-pjan huwa li jerġgħu jilqgħu lura lill-klijenti fi żmien il-festi, skont il-kundizzjonijiet imposti mil-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Dear guests and friends,It is no secret that the situation has not been easy on most of us, and it is with a heavy…

Posted by Radisson Blu Resort, Malta St. Julian's on Tuesday, September 29, 2020

Din il-lukanda hija l-istess lukanda fejn kien ġie organizzat il-Hotel Takeover Party f’Lulju li għadda, li flimkien ma’ avvenimenti oħrajn tal-massa simili, wasslu sabiex jerġa’ jibda jinfirex il-virus b’mod aktar rapidu fil-pajjiż.