“Ir-raba’ vapur suċċess kbir; għandna bżonnha l-mina?” – AGEM

Read in English.

L-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin f’Malta (AGEM) qed tiddubita l-bżonn tal-mina bejn Malta u Għawdex hekk kif iddeskriviet bħala “suċċess kbir” ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel .

Fi stqarrija spjegat li r-raba’ vapur bejn Malta u Għawdex naqqas ħafna l-kjus u t-traffiku fiċ-Ċirkewwa, u naqqas il-ħin tal-ivvjaġġar. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lill-ekwipaġġ tan-Nikolaos tal-għajnuna u l-manjieri tajba tagħhom.

Aqra: In-Nikolaos se jibqa’ sakemm joħroġ tender ieħor – Caruana

L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li tinsab sodisfatta bil-frekwenza tal-vapuri. Qalet li hija ovvja li l-iskeda nħadmet billi żammu f’moħħhom l-Għawdxin li jaħdmu Malta. Minħabba f’hekk qed tiddubita l-bżonn tal-mina bejn Malta u Għawdex.

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) ukoll qalet li l-membri tagħha bdew jistaqsu jekk hemmx bżonn mina jekk ikun hemm servizz ġdid ta’ vapuri matul is-sena kollha.

Aqra: Għandna bżonn mina jekk il-vapuri tjiebu? – GTA

AGEM talbet lill-awtoritajiet biex jippubblikaw l-istudji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-mina. AGEM temmen ukoll li l-istudji għandhom jikkunsidraw l-impatt tar-raba’ vapur li qed jaħdem fuq bażi full-time.

Aqra: Filmat: “Id-disinn tal-mina lest għalkollox” – Franco Mercieca