Ir-raba’ rawnd tal-kampjonat tal-karting fid-dawl tal-qamar

Ġewwa il-kumpless tal-Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza it-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar taħt dawl artifiċjali.

B’kollox kien hemm ħames klassijiet, il-klassi Iame X30 ġiet mirbuħa minn John Agius segwit minn Brandon Pillicino u Braydon Bonnici. Il-Klassi Rotax Max intrebħet minn Nicky Gauci fl-ewwel post u segwewh Jake Agius u Neville Zammit. Il-Klassi Mini Touch and Go intrebħet minn Kieran Galea segwit minn Jacob Micallef u Daniel Abela. Il-Klassi Touch and Go Vortex intrebħet minn Jake Falzon, fit-tieni post ikklassifika Christian Caruana u fit-tielet Isaac Micallef. Il-klassi ghal-iżgħar sewwieqa magħrufa bħala Baby intrebħet minn Ayrton Tonna.

L-attività tmexxiet mill-operaturi tal-kumpless Badger Karting, Uffiċjali tal-Karting Club Malta, Uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija u bħala direttur tat-tellieqa inħatar it-Taljan Gaspare Anastasi.