Ir-raba’ kunċert ta’ Ħelu Bambin fuq it-TV

Debbie Scerri u bintha Nicole Vella

Dalgħodu, proprju fil-Jum tal-Milied, l-istazzjon One se jkun qiegħed ixandar il-kunċert tar-4 Ħelu Bambin, li kien beda minn proġett ta’ kanzunetta li ġġib l-istess isem u kienet interpretata minn Ludwig Galea u Chiara.

Għal dan il-kunċert se jkunu qed jieħdu sehem bosta kantanti magħrufa li nterpretaw siltiet li huma magħrufa b’lingwi oħra u li għamel it-traduzzjonijeit atgħha Fr. George Ocar Buttigieg filwaqt li l-arranġamenti mużikali huma ta’ Andrew Zammit.

Kunċert mill-aqwa li jdaħħalna fl-ispirtu ta’ dan il-jum.

Il-qliegħ mis-CD’s ta’ Ħelu Bambin jmorru kollu għad-Dar tal-Providenza.

Helen Micallef

Għal aktar tagħrif idħlu fis-sit helubambin.com