Ir-raba’ anniversarju għal Elaine u Anthony

Awguri lill-attriċi Elaine Saliba Bonnici u żewġha Anthony li proprju llum qed jiċċelebraw ir-raba’ anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Lil Elaine bħalissa qed narawha bħala Eva fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Iċ-Ċaqqufa. Tul il-karriera tagħha ħadmet f’numru kbir ta’ produzzjonijiet oħra fosthom Għada Jisbaħ Ukoll u Fattigi. Interpretat ukoll il-karattru ta’ Brenda fil-film Anġli: The Movie.

Ippreżentat ukoll bosta avvenimenti fosthom San Remo Junior Malta u l-Malta Eurovision Song Contest.

Għall-koppja Bonnici dan huwa l-ewwel anniversarju li qed jiċċelebraw bħala ġenituri. F’Novembru huma kellhom tifla li semmew Ana May.

Nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba.