Ir-4 Beatitudni

Dorianne Buttigieg u George Cassar se jkunu l-mistiedna għall-programm ta’ din il-ġimgħa tal-programm JienInt li jixxandar fl-4.30pm fuq l-istazzjon Net.

Il-programm tal-lum li se jkun qed jittratta r-raba’ Beatitudni, li tgħid “ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja għax huma jkunu mxebbgħin. Għal min qed jirreferi Ġesù meta kien qed jagħti dawn il-ħsibijiet lill-folla li kienet tinġabar? Xi tfisser li tkun imxebba’?

Bħas-soltu, qabel ma tibda d-diskussjoni proprja, Francesca Polidano, tgħinna nsiru nafu aħjar lill-mistiedna – xi jħobbu, x’jagħmlu, kif qed iqattgħu dan iż-żmien tal-pandemija eċċ…

Il-produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-programm ikollu repetizzjoni għada l-Ħadd fis-7.30am Net.