Iqum minn 12-il sena koma

Martin Pistorius, ta’ 39 sena mill-Afrika t’Isfel, spiċċa fl-aħbarijiet dan l-aħħar minħabba raġuni mhux tas-soltu.
Dak li ġara lil Martin Pistorius juri kemm il-ħajja trid tiġi mħarsa f’kull ħin.
Dan għaliex ħareġ minn koma wara 12-il sena u li matulhom jisħaq li kien jisma’ kollox imma ġismu ma setax jirreaġixxi.
Minn barra, it-12-il sena kienu jidhru dejjem l-istess, jum bħal ieħor mingħajr ma t-tobba kienu jafu l-għaliex.
Imma Martin jirrakkonta li wara ftit snin, ġismu beda bil-mod il-mod joħroġ mill-koma imma minn barra ma kien jidher xejn.
L-esperjenzi tiegħu ta’ dawk it-12-il sena ħarġu fi ktieb li ġie ppubblikat dan l-aħħar.
Fost l-oħrajn, il-mument li fih weġġa’ l-iktar, meta sema’ dikjarazzjoni partikolari minn ommu li kienet ħdejh qrib is-sodda tiegħu.