Iqarraq biha dwar ordni ta’ gallarija

Persuna li ordnat gallarijja tal-injam bi stil Malti baqgħet b’xiber imnieħer.
Dan hekk kif Franz Camilleri ma żamx il-ftehim minkejja li l-kosumaturiċi ħallset €450.
L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ippubblikat l-isem tiegħu wara li naqas milli jonora deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li jħallas €450 lill-konsumatriċi  wara li għadda żmien biha.
Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li l-bejjiegħ qatt ma bagħat tweġiba għat-talba tal-klijent u lanqas attenda għas-seduti tat-Tribunal.
Temmet tgħid li qed tippubblika dan l-isem tal-bejjiegħ sabiex tgħarraf lill-pubbliku li n-negozjant ma kienx onora d-deċiżjoni tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi.
Ritratt: arkivji