Ippublikati pjanti ta’ wara l-Gwerra Dinjija

L-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat onlajn pjanti ta’ stħarriġ li saru wara t-Tieni Gwerra Dinjija biex jinżamm rekord ta’ permessi ta’ ppjanar li nħarġu, għall-użu tal-periti. 
Dawn il-pjanti ta’ stħarriġ jirrakkontaw l-istorja tal-urbanizzazzjoni f’Malta sal-1990. 
Wara l-1990, l-istess informazzjoni kompliet tinġabar permezz ta’ Geographical Information System. 
L-Awtorità għandha madwar 1,500 pjanta fuq medja ta’ 50 sena. 
Permezz ta’ din l-għodda, il-periti m’għandhomx għalfejn imorru għand l-Awtorità biex ikollhom aċċess għal dawn il-pjanti. 
Dawk interessati jistgħu jabbonaw għalsena.
L-abbonament jiswa’€50 għall-membri individwali u €200 għall-periti li jaħdmu flimkien.