Ippublikata l-arma ta’ Real fuq il-kont ta’ Pogba

Paul Pogba għamel mossa li biha qed jimplika li se jkun qed jitlaq minn ma’ United u jmur ma’ Real Madrid.

Kif jidher fir-ritratt hawn taħt, Pogba tella’ stampa tal-arma ta’ Real Madrid fuq il-midja soċjali.

Sit elettroniku mill-midja Ingliża stqarr li saret ħasra li dan iż-żmien stejjer bħal  dawn m’għadhomx isiru magħrufa minn xi persuni li jinzertaw lil xi plejer jaqbad xi ajruplan fi triqtu lejn xi klabb ġdid. Jidher li dan iż-żmien il-plejer stess jieħu r-riedni f’idu u jitfa’ xi botta fuq il-midja soċjali.

Min-naħa l-oħra ma jonqosx id-dubju ta’ jekk hux veru kien hu li tella’ dak ir-ritratt jew le. Għalkemm jidher li hu l-kont uffiċjali tiegħu, ħadd ma jeskludi li ġie hacked. Ħadd mill-plejers professjonali ta’ dak il-livell ma jmur itella’ ritratt tal-arma b’dak il-mod.

F’dawn l-aħħar ġimgħat kienu bosta x-xnihat li kien se jimxi lejn Spanja biex jingħaqad mat-tim ta’ Zidane, iżda xejn m’għadu fiċ-ċert.