“Ippubblikaw l-investigazzjoni dwar il-credit cards tal-Ministri” – PN

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Prim Ministru għandu jitlob lill-Awditur Ġenerali biex tiġi ppubblikata immedjatament l-investigazzjoni dwar l-użu ta’ credit cards mill-Ministri.
Fi stqarrija, il-PN sostna li hu fl-interess tal-poplu li jkun jaf kif u għaliex intefqu l-flus li jħallas mit-taxxi tiegħu, kif ukoll li tingħata spjegazzjoni għal kull ċenteżmu li jkun intefaq mill-Ministri bil-karti ta’ kreditu tal-Gvern.
Il-Partit Nazzjonalista rrefera għal investigazzjonijiet li diġà ġew ippubblikati dwar ix-xiri ta’ xorb alkoħoliku mill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, b’valur ta’ aktar mill-paga minima.