Ippubblikati uffiċjalment l-ismijiet tal-Kummissarji Ewropej magħżula

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker flimkien mal-President elett tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat l-ismijiet tal-25 Kummissarju Ewropew li ġew magħżula mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissarji Ewropej se jkunu ġejjin minn 25 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Ewropej l-Ispanjol Josep Borell u mmexxija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea eletta Ġermaniża Ursula von der Leyen. Ir-Renju Unit għażel li ma jinnominax Kummissarju peress li d-data għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea hija mmarkata għall-31 ta’ Ottubru li ġej.

Din hija l-aktar darba li l-Kummissjoni Ewropea se jkollha nisa, b’14-il Kummissarju raġel u 13-il mara, inkluż il-President innifisha.

10 min-nominati huma affiljati mal-Partit Soċjalista Ewropew (PES), 9 mal-Partit Popolari Ewropew (EPP), 6 Liberali mill-partit Renew Europe, wieħed mill-partit tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej u ieħor mill-Partit tal-Ħodor.

Il-Gvern Malti nnomina lill-eks Ministru Helena Dalli biex tkun il-Kummissarju Ewropew minn Malta. Skont rapporti fil-midja Ewropea qalu li Dalli se tkun tieħu ħsieb il-portafoll tal-Ġustizzja. Id-distribuzzjoni tal-Kummissarji kollha se tkun immħabbra għada mill-President elett von der Leyen.

Wara li jiġu mħabbra l-portafolli li se jkunu fdati bihom, il-Kummissarji kollha jkollhom preżentazzjoni quddiem il-Kumitati differenti tal-Membri Parlamentari Ewropej magħruf bħala l-grilling. Imbagħad f’Ottubru, il-Plenarja tal-Parlament Ewropew tieħu vot wieħed dwar il-Kummissjoni Ewropea.

Jekk dan il-vot ikun pożittiv, il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida tibda xogħolha fl-1 ta’ Novembru li ġej.

Sors: euobserver.com

Il-lista sħiħa ta’ Kummissarji li ġew magħżula mill-Gvernijiet tagħhom għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss huma:

Awstrija:        Johannes Hahn
Belġju:          Didier Reynders
Bulgarija:      Mariya Gabriel
Kroazja:        Dubravka Šuica
Ċipru:           Stella Kyriakides
Repubblika Ċeka:      Věra Jourová
Danimarka:    Margrethe Vestager
Estonja:        Kadri Simson
Fillandja:       Jutta Urpilainen
Franza:         Sylvie Goulard
Greċja:         Margaritis Schinas
Ungerija:       László Trócsányi
Irlanda:         Phil Hogan
Italja:           Paolo Gentiloni
Latvja:          Valdis Dombrovskis
Litwanja:       Virginijus Sinkevičius
Lussembrugu: Nicolas Schmit
Malta:           Helena Dalli
Netherlands:  Frans Timmermans
Polonja :       Janusz Wojciechowski
Portugall :      Elisa Ferreira
Rumanija:      Rovana Plumb
Slovakkja:     Maroš Šefčovič
Slovenja:       Janez Lenarčič
Svezja:         Ylva Johansson