Ippubblikati ritratti ta’ qiegħ il-baħar fejn intilfet it-titjira MH370

It-tim li għadu għaddej bit-tfittxija tal-ajruplan tal-Malaysian Airlines MH370, ippubblika ritratti dettaljati ta’ qiegħ il-baħar.
F’dawn ir-ritratti għall-ewwel darba qed jidhru vulkani li huma estinti kif ukoll medda twila ta’ art mal-1,400 metru.
Dawn ir-ritratti qed jiġu ppubblikati għall-ewwel darba u skont il-Kap tat-tim tat-tfittxija, hawn iżjed mapep dettaljati tal-pjaneta Mars milli ta’ qiegħ il-baħar fid-dinja.
L-ajruplan tal-Malaysian Airlines kien intilef fit-8 ta’ Marzu b’239 persuna abbord.
Kienu 26 pajjiż li flimkien ħadmu biex ifittxu l-ajruplan Boeing 777 iżda baqa’ qatt ma nstab.
L-arjuplan kien fuq titjira minn Kuala Lumpur għal Beijing.