Ippubblikati messaġġi tal-eks Direttur tal-FBI dwar Trump

Ġew ippubblikati messaġġi li kiteb l-eks Direttur tal-FBI James Comey dwar il-konverżazzjonijiet li kellhu mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
Dawn il-messaġġi huma dwar it-tħassib tal-President fuq rapport tas-servizzi tal-intelliġenza u jiddeskrivu wkoll ir-relazzjoni ta' bejn il-President u l-eks Uffiċjal għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Flynn.
Nota minnhom tikkwota lill-President jgħid li Flynn kellu “kwistjonijiet serji ta’ ġudizzju”.
Fuq Twitter, Trump qal li l-messaġġi juru li ma kienx hemm kollużjoni jew ostakli.