Ippubblikati linji gwida għall-istudenti tal-Università u l-Junior College

Hekk kif l-Università ta’ Malta qed tirranka għas-sena akkademika li jmiss, ippubblikat dokument li fih linji gwida u pariri dwar il-proċeduri addottati bħala tweġiba għall-COVID-19. L-istess linjigwida japplikaw ukoll għall-Junior College.

Metodi ta’ tagħlim:

  • Numru limitat ta’ lekċers se jkunu jistgħu jsiru fiżikament fil-kampus, b’lezzjonijiet oħrajn isiru b’mod remot.
  • Study-units li għandhom bżonn l-użu ta’ laboratorji, kliniċi, studios eċċ, se jkomplu jsiru fuq il-kampus dejjem fejn dan jippermetti.
  • Kull fakultà, dipartiment, ċentru u skola se jkunu qed joħorġu l-protokolli separati tagħhom.
  • Il-prijorità ta’ lekċers li jsiru fiżikament għandha tingħata lill-istudenti tal-ewwel sena
  • It-taħlita ta’ lezzjonijiet fiżiċi u online se jkunu addottati fejn hemm limiti ta’ spazju.
  • Għal ċerti study-units, partikolarment dawk li jinvolvu numru kbir ta’ studenti, l-aktar metodu prattiku ta’ tagħlim jaf ikun wieħed ibbażat kompletament fuq metodi remote.
  • Lekċerers li jinsabu fi kwarantina madatorja u mhux morda għandhom ikomplu jgħallmu online.
  • Kalendarju akkademiku revedut għas-sena 2020/21 huwa disponibbli fuq il-website.

Miżuri:

  • Ilbies ta’ maskri u visors huwa mandatorju.
  • Tinżamm id-distanza fiżika u l-iġene tal-idejn.
  • L-istudenti huma inkoraġġuti jġibu prodotti tas-sanitising tagħhom stess biex inaddfu l-imwejjed u s-siġġijiet qabel jużawhom.
  • Il-faċilitajiet tal-University House u l-Canteen se jkunu miftuħin.
  • Id-dħul għall-faċilitjiet tal-isport se jkun permess biss għal persuni awtorizzati li jkunu diġà għamlu booking.
  • Hekk kif l-istudenti jaf ikollhom lekċer fil-kampus u oħra immedjatament wara li ssir online se jkun hemm arranġamenti biex fil-kampus ikun hemm spazju disponibbli biex dan ikun jista’ jsir.