Ippubblikat filmat espliċitu tal-coach ta’ Malaga: jiġi sospiż

It-tim Spanjol Malaga ssospendew lill-maniġer Victor Sanchez wara li kien ippublikat filmat espliċitu tiegħu fuq il-midja soċjali.

Il-klabb qal li ngħata bidu għal investigazzjoni.

Fuq Twitter, Sanchez li għandu 43 sena qal li kien m’hedded bil-filmat qabel ma ġie ppublikat. Hu qal li l-każ qiegħed f’idejn il-pulizija u hu lest li jimxi skont l-istruzzjonijiet li jagħtuh. Hu stqarr li meta wieħed jippublika kontenut ta’ kwalunkwe persuna mingħajr ma jieħu kunsens ikun ukoll qed iwettaq krimminalità. Hu rringrazzja lil dawk kollha li fehmuh u wrewh sapport.

Bħalissa Malaga qegħdin fis-16-il post fit-Tieni Diviżjoni Spanjola.

Fi stqarrija l-klabb avża li se jkun qed jissospendi lil Sanchez mill-kariga tiegħu sakemm issir investigazzjoni kif xieraq. Il-klabb saħaq li aktar informazzjoni għandha tiġi ppublikata ladarba l-affarijiet ikunu aktar ċari.