Ippubblikati fajls sigrieti dwar l-assassinju ta’ JFK

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ordn li jaraw id-dawl għall-ewwel darba mal-2,800 fajl b’informazzjoni dwar il-qtil tal-ekspresident John F. Kennedy, iżda ħalla oħrajn mhux aċċessibbli għall-pubbliku.
Trump qal li d-deċiżjoni biex ma jippubblikax ċerti fajls ħadha minħabba raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali.
Kennedy kien ġie assassinat b’tir waqt li kien qiegħed ma’ martu jdellem lin-nies mill-karozza presidenzjali f’Dallas.
Trump ippubblikaw dawn il-fajls minħabba li fl-1992 kienet għaddiet liġi mill-Kungress Amerikan li kienet titlob li f’temp ta’ 25 sena kellhom jaraw id-dawl mal-5 miljun paġna miktuba dwar l-assassinju ta’ JFK.
Ilbieraħ kien l-aħħar jum ta’ dawn il-25 sena, iżda kważi 90% tal-informazzjoni kienet diġà disponibbli lill-pubbliku.
Sadanittant, il-fatt li s-CIA, l-FBI u d-Dipartiment tal-Istat Amerikan gġamlu minn kollox biex ċerti fajls jibqgħu mhux ippubblikati mhix se tgħin biex ittaffi l-allegazzjonijiet li ilhom jinħmew tul dawn is-snin kollha, ewlenija fosthom li l-Gvern Amerikan qed jipprova jaħbi xi ħaġa importanti ħafna dwar dan l-assassinju.
Jidher li Trump ma ħax gost li xi dokumenti mhux se jiġu ppubblikati, meta qal li se jkollu jaċċetta kontra qalbu li ma jippubblikahomx wara avviżi minn sħabu, għalkemm qal li ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kollox dwar dan l-avveniment.
Għal dan l-assassinju kien ittella’ l-Qorti ċertu Lee Harvey Oswald instab li spara t-tiri fatali, iżda teoriji oħra żviluppaw tul is-snin li jikkontradixxu dan.
Tista’ taċċessa dawn il-fajls minn hawnhekk.
Fir-ritratt: Lee Harvey Oswald