Ippubblikati d-deċiżjonijiet tal-Ispeaker

DOI Omar Camilleri

L-Ispeaker, Anġlu Farrugia nieda t-tmien volum tal-ġabra ta’ deċiżjonijiet mogħtija mis-Sedja mill-bidu tat-13-il leġislatura sal-waqfa tal-Parlament għall-vaganzi tas-sajf ta’ din is-sena.

Farrugia ta rendikont tal-20 deċiżjoni li tat is-Sedja, b’referenza partikolari ssir għar-ruling dwar l-ammissibiltà ta’ interpellanzi parlamentari.

Huwa stqarr li wasal iż-żmien li jsir xi tibdil f’uħud mir-regolamenti tal-Kamra. Tenna li filwaqt li l-privileġġ parlamentari għandu jinżamm mill-Membri Parlamentari, dan għandu jkun użat b’responsabbiltà. Jekk dak li jintqal dwar kwalunkwe ċittadin jew entitàma jkunx veru, dan għandu jingħata rimedju fuq dak li jkun intqal dwaru.

Farrugia ta’ rendikont tal-ħidma parlamentari u rrefera għall-45 liġi mgħoddija mill-Parlament sa mill-bidu tal-aħħar leġiżlatura ‘l hawn.