Ippubblikata politika dwar Shooting Ranges għall-konsultazzjoni pubblika

L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar ippubblikat policy għall-konsultazzjoni pubblika dwar shooting ranges.
Il-MEPA qalet li dan għamlitu minħabba ż-żieda fil-popolarità tal-isport tal-isparar u t-talbiet għal faċilitajiet ta’ livell internazzjonali.
Bil-policy, jiġu stabbiliti parametri ċari li permezz tagħhom applikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu evalwati.
Id-dokument jinkludi policy għal shooting ranges fil-miftuħ u oħra separata għal dawk fil-magħluq.
Jistabilixxi wkoll żoni li jistgħu jiġu kkunsidrati għal dan it-tip ta’ faċilità u oħrajn fejn proġetti proposti jiġu awtomatikament ipprojbiti.
Dwar shooting ranges fil-magħluq, id-dokument jipproponi li dawn isiru fil-kuntest ta’ faċilitajiet sportivi eżistenti iżda tkun trid issir evalwazzjoni dwar l-impatt tal-ħsejjes.
Id-dokument qiegħed ippubblikat fis-sit elettroniku tal-MEPA. L-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni ddum għaddejja ġimagħtejn, imbagħad sat-22 ta’ Jannar.