Ippubblikata l-lista tar-rigali ta’ Muscat

Read in English.

Il-lista ta’ rigali li rċieva Joseph Muscat meta kien Prim Ministru ġiet ippubblikata f’risposta għal mistoqsija parlamentari. F’ħafna każijiet mhemmx miktub minn fejn ġej ir-rigal.

Fil-lista hemm rigali kontroversjali li Joseph Muscat qala’ mingħand Yorgen Fenech li jinsab akkużat li kien komplċi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fenech qed iwieġeb li mhux ħati.

Il-lista tinkludi t-tliet fliexken tal-inbid Petrus li ġew mingħand Yorgen Fenech fi Frar tal-2019. Tnejn minnhom huma 2007 vintages – is-sena li fiha twieldu t-tfal ta’ Muscat. L-ieħor huwa 1974 vintage – is-sena ta’ twelid ta’ Muscat.

F’Diċembru tal-2014, Fenech ta arloġġ tad-ditta Bvlgari lil Muscat. Jingħad li l-arloġġ jiswa mal-€20,000. Madanakollu, il-lista ma tgħidx kemm jiswa.

Il-lista tpoġġiet fuq il-mejda tal-Parlament mill-Prim Ministru Robert Abela. Il-mistoqsija dwarha saret mingħand l-MP tal-PN Karol Aquilina. Fit-tweġiba tiegħu, Abela qal li bil-kontra ta’ kif kien isir fil-passat, ir-rigali kienu inklużi fl-inventorji tal-kmamar li kienu jinsabu fihom.

F’Diċembru l-Kummissarju tal-Istandards intalab jiftaħ investigazzjoni dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat minħabba l-arloġġ li jiswa €20,000.

Tista’ taqra l-lista sħiħa minn hawn: