L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa ppubblika lista ta’ ħwienet li jbigħu prodotti u servizzi meqjusa bħala mhux essenzjali.
Fuq l-ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, sa mit-23 ta’ Marzu fit-8am, għandu jkun osservat l-għeluq tal-ħwienet kollha li n-negozju prinċipali tagħhom huwa marbut mal-bejgħ jew servizzi ta’ dawn:
- Ħwejjeġ
- Ilbies sportiv
- Ġojjellerija
- Hand bags u prodotti tal-ġilda
- Costume jewellery u aċċessorji
- Żraben
- Nuċċalijiet mingħajr preskrizzjoni
- Fwejjaħ
- Prodotti tas-sbuħija
- Ħwienet tal-ħjata
- Purtieri u tapezzerija
- Tagħmir domestiku
- Ħwienet tas-souvenirs
- Stabbilimenti li joffru skontijiet
- Ħwienet tal-bagalji
- Ħwienet tal-ġugarelli
- Ħwienet tal-passatempi
- Għamara
- Ħwienet tal-pjanti/fjuri u vaping shops
- Parrukkiera
- Barbiera
- Ħwienet ta’ sbuħija
- spas (postijiet ta’ rilassament)
- ħwienet tad-dwiefer
- ħwienet tat-tpinġija
Il-Gvern fisser li din id-deċiżjoni tapplika għal dawn il-ħwienet, kemm jekk qed joperaw minn shopping malls kif ukoll minn postijiet oħra. Dawn il-ħwienet jistgħu xorta jbigħu u jipprovdu servizzi ta’ delivery tal-prodotti tagħhom fil-komunità.
Multi ta’ €3,000 se jiġu imposti għal kull darba li jinkisru dawn il-miżuri ġodda.
Filwaqt li appella għall-koperazzjoni fl-interess ta’ kulħadd, l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru stqarr li dawn id-deċiżjonijiet huwa neċessarji għall-istadju preżenti tal-Covid-19 f’Malta u mmirati li jissalvagwardjaw is-saħħa tal-pubbliku ġenerali.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.