Ippubblikata l-ittra tar-riżenja tal-Avukat Ġenerali

Read in English.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ppubblika l-ittra tar-riżenja ta’ Dr Peter Grech minn dan l-uffiċċju.

Fl-ittra huwa jgħid kif iħossu diżappuntat kif ġie stmat fid-dibattitu pubbliku. Jgħid li d-diskors li kien jintqal fuqu kien “inġust u dirett biex joħloq perċezzjonijiet foloz”. Huwa qal li l-kariga li għandu u s-sens ta’ dinjità kienu jżommuh milli jwieġeb.

Grech saħaq li minkejja l-irwol diffiċli dejem qeda dmirijietu b’lealtà lejn il-Kostituzzjoni.

Huwa jsemmu wkoll li sentejn ilu affaċċja problema serja ta’ saħħa li setgħet ġiet ikkawżata mill-istress ta’ xogħlu.

Vjaġġ iebes u qalil iżda xorta ta’ sodisfazzjon

Huwa jtemm l-ittra tiegħu billi jsellem lil dawk kollha li ħadem magħhom fosthom tmien Presidenti, seba’ Prim Ministri u 10 Ministri għall-Ġustizzja.

Fil-15 ta’ Awwissu, il-President ħabbar li huwa rċieva l-ittra tar-riżenja li hija effettiva mid-9 ta’ Settembru li ġej.

AQRA l-ittra sħiħa hawn: