Ippubblikata l-ittra tar-riżenja ta’ Joseph Muscat

Aġġornat 05:56 PM

Read in English.

L-eks Prim Ministru (PM) Joseph Muscat ippubblika l-ittra li kien ta għar-riżenja tiegħu fuq Facebook.

Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, huwa spjega li ppubblika din l-ittra b’konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-President. Din l-ittra kien bagħatha lill-President ta’ Malta. Huwa spjega l jirrispetta l-pożizzjoni tal-President li ma jippublikax korrispondenza li jirċievi, u offra li jippubblika huwa din l-ittra. Dan “biex jiġu evitati spekulazzjonijiet inutli, kif jista jixhed il-kontenut tal-istess ittra”.

Fl-ittra tiegħu Muscat spjega li qed jirrizenja mill-ħatra ta’ PM ta’ Malta hekk kif issa hemm mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Huwa kien qal ukoll li se jkun qed iżomm postu fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

L-ittra kompliet tispjega li l-Kabinett u l-Ispeaker huma mgħarrfa bir-riżenja permezz ta’ kopja tal-istess ittra. Muscat irringrazzja lill-President tal-ħidma flimkien u rringrazzja wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi tal-privileġġ li tah biex imexxi l-pajjiż għal “żewġ mandati konsekuttivi b’maġġoranzi bla preċedent u waħda ikbar mill-oħra”.

L-eks PM imsejjaħ għal interogazzjoni
Filmat: Joseph Muscat jispjega għaliex issejjaħ id-Depot

Nhar il-Ġimgħa li għadda, l-eks PM Muscat issejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kmieni waranofsinhar b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li sar fis-16 ta’ Ottubru tal-2017. Huwa sostna għal darba darbtejn li l-Pulizija kkonfermatlu li hu mhux jiġi investigat b’rabta mal-qtil.

“Il-kotenut tal-ittra ma jagħmilx sens skont ir-raġuni li ta l-President biex ma tiġix ippubblikata” – Karol Aquilina

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina qal fuq Twitter li l-kontenut tal-ittra ma jagħmilx sens mar-raġuni li kien ta l-President biex ma tiġix ippubblikata.

Huwa qal li l-President kien qal li l-ittra mhux se tiġi ppubblikata għax isservi l-interess pubbliku aħjar milli li kieku tiġi ppubblikata. Però, Aquilina qal li din ir-raġuni ma tagħmilx sens issa li ġie żvelat il-kontenut tal-ittra.