Ippubblikata it-tielet edizzjoni tal-Malta Treasure Hunts

Ġiet ippubblikata t-tielet edizzjoni tal-ktejjeb 'Malta Treasure Hunts'.
Dan il-ktieb, miktub mill-veteran ġurnalist Terence Mirabelli, jikkonsisti serje ta' treasure hunts b'temi differenti li jieħdu lit-turisti u r-residenti Maltin fuq vjaġġ avventuruż madwar il-Gżejjer Maltin.
Fost oħrajn hemm treasure hunt ta' 45km f'Għawdex, li wieħed jista' jagħmel permezz ta' karozza jew rota.
Oħrajn huma iqsar, u li wieħed jista' jagħmel anke bil-mixi, u li joħduk fil-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu, ir-Rabat u San Ġiljan, fost oħrajn.
Kull treasure hunt għandha sett ta' mistoqsijiet li jwassluk għal monument partikolari jew li jirrikkjedu tweġiba jew password partikolari.
It-tweġibiet jinstabu fil-ktejjeb stess u ebda mit-treasure hunt ma tirrikkjedi xi tip ta' ħlas ta' entratura.
Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jibgħat imejl fuq tmirabelli@travelmalta.com jew iċċempel fuq 21431864 jew 99995201.