Ippubblikat l-abbozz tal-baġit 2015

Ġie ppubblikat l-abbozz tal-baġit. Fi stqarrija l-Gvern qal li permezz tal-baġit għas-sena d-diehla, se jkompli jnaqqas id-defiċit tal-pajjiż filwaqt li jniżżel id-dejn għal taħt is-70%.
Il-Ministeru għall-Finanzi qal li dawn huma l-elementi ewlenin li joħorġu mill-abbozz tal-baġit li l-Gvern bagħat lill-Kummissjoni Ewropea. 
L-abbozz tal-baġit juri li l-Gvern qed jimmira li jnaqqas id-defiċit għal 1.6% u d-dejn għal 69%.
Ir-rata tat-tkabbir ekonomiku mistennija li tilħaq it-3.5% f’termini reali, filwaqt li r-rata taż-żieda fl-impjiegi tilħaq il-1.9%.
Ir-rata tal-qgħad fuq medja ta’ sena mistennija taqa’ għal 5.9%.