Ippubblikat ktieb dwar il-kompożitur Carlo Diacono

Iż-Żwieten u l-mużiċisti żgur għandhom għal qalbhom il-kompożitur Carlo Diacono.
Fl-okkażjoni tal-75 sena mill-mewt tiegħu Wirt iż-Żejtun ippubblika ktieb dwaru.
Il-ktieb Għamlulna Ġieħ jiġbor fih il-wirt mużikali tal-kompożitur, surmast u mużiċista Diacono.
L-editur tal-ktieb huwa Ruben Abela.
Waqt it-tnedija tal-ktieb il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici saħaq li huwa importanti li l-patrimonju kulturali jiġi mħares. Qal li l-irħula għandhom irwol importanti fejn jidħol ħarsien ta’ wirt kulturali fuq livell ta’ komunità, biex iħarsu l-identità Maltija u jżommu l-wirt kulturali ħaj.
Ritratt: DOI: Pierre Sammut