“Ippubblikat ir-rapport wara li saret talba mill-AD” – Prof. Cassola

Iċ-Ċerpersin ta' Alternattiva Demokratika Arnold Cassola qal li l-awtoritajiet tal-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) poġġew onlajn ir-Rapport Papadakis wara li saret talba uffiċjali mill-AD.

Fi stqarrija, Prof. Cassola qal li dan huwa pass pożittiv fid-direzzjoni ta' trasparenza sħiħa dwar il-proċess tal-power station tal-gass u li issa l-poplu qiegħed f'pożizzjoni aħjar biex jiġġudika.