Ippubblikat ir-rapport ta’ inkjesta dwar il-konkos f’Mater Dei

Il-Ministeru tas-Saħħa, ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament, ippubblika r-rapport ta’ inkjesta tal-Imħallef Philip Sciberras dwar il-kwalità tal-konkos fl-isptar Mater Dei.
Il-Gvern ippubblika wkoll ir-rapport tal-kumpanija Ingliża tal-inġiniera, Arup, li janalizza l-kwalità tal-konkos fid-Dipartiment tal-Emerġenza.
Il-pubblikazzjoni taż-żewġ rapporti seħħet wara Stqarrija Ministerjali mill-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi, bl-Oppożizzjoni tinsisti li għandhom jiġu ppubblikati r-rapporti kollha dwar il-partijiet kollha tal-isptar
Minkejja nuqqas ta' qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni, tant li s-seduta tal-bieraħ kellha tiġi sospiża għal iktar minn siegħa, iż-żewġ naħat qablu li min kien responsabbli tal-kwalità inferjuri tal-konkos għandu jinżamm responsabbli.
Iktar kmieni lbieraħ ukoll, il-Gvern ħabbar li l-istruttura kollha tal-isptar Mater Dei tinsab f'riskju minħabba l-konkos ħażin.
Tista' taqra r-rapporti ppubblikati, mil-links t'hawn taħt: