Ippruvaw jisirqu mill-ħanut tal-pulizija Simon Schembri

Police armed

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li kien hemm attentat ta' serqa f'ħanut li huwa tal-familja tal-Pulizija Simon Schembri, il-pulizija li ttajjar minn żagħżugħ ta’ 17-il sena.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li attentat ta’ serqa ġie irrappurtat illum fid-9:30am. Il-ħanut jinsab f’Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid. Għalkemm il-bieb kien sgassat ma nsteraq xejn mill-ħanut. Il-Pulizija ma setgħetx tikkonferma jekk il-ħanut hux tal-familja tal-pulizija Schembri.
Rappreżentanti, membri u eksmembri tal-Korp tal-Pulizija ngħaqdu f’mixja ta’ solidarjetà ma’ Simon Schembri u l-Pulizija kollha li ta’ kuljum jaqdu dmirhom fis-soċjetà.