Ipprova jmur l-Italja b’passaport ta’ sieħbu

Raġel mill-Ghana wieġeb ħati li pprova jagħmel użu minn passaport li ma kienx tiegħu.
Fil-Qorti, Ata Augustine kien mixli li fis-7 ta’ Frar u l-jiem ta’ qabel kien fil-pussess ta’ dan il-passaport, kif ukoll li għamel dikjarazzjoni falza mal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.
Huwa kien arrestat mill-Pulizija meta kien qed jagħmel iċ-check-in fuq titjira lejn Katanja. Il-passaport li pprova juża kien ġenwin iżda kien fuq isem ħabib tiegħu.
Il-Maġistrat Monica Vella tatu sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.