Ipprova jisraq ġiżirana tad-deheb minn anzjan ta’ 89 sena

Aktar tard illum wara nofsinhar il-Pulizija se tressaq raġel ta’ 29 sena. Huwa se jiġi akkużat b’attentat ta’ serq minn fuq anzjan ta’ 89 sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:15am ta’ dalgħodu fi Triq Marsamxett, il-Belt Valletta. Ir-raġel ta’ 29 sena pprova jisraq ġiżirana tad-deheb minn fuq l-anzjan iżda dan irresista.