Ipprova jiffranka kwart ta’ miljun ewro; jitressaq il-Qorti llum

L-Uffiċċju tad-Dwana ħareġ stqarrija li se jressaq il-Qorti lir-raġel ta’ 29 sena li nstab fil-pussess ta’ sigaretti bla dazju li jammontaw għal €251,384.

Il-Qormi nqabad ilbieraħ fl-akkwati Ta’ Veċċja f’San Pawl il-Baħar, wara tfittxija mill-Uffiċjali tal-Pulizija u wara, mill-membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana fil-vettura tal-akkużat.

Huwa mixli li kien qed iġorr u jaħbi l-1,087,000 sigaretti bit-tir ta’ frodi lill-Gvern minn dazji u taxxa li suppost jitħallsu fuqhom:

  • 31 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Kings Red;
  • 27 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Kings Lights;
  • 25 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Royals King Size;
  • 25 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa  – Richman;
  • 22 kartuna b’200 sigarett kull kartuna – Business Kings Lights;
  • 13-il  kartuna b’200 sigarett kull kartuna – Richman

Dawn is-sigaretti, li l-importazzjoni u l-pussess tagħhom huma pprojbiti,  għandhom valur totali ta’ €81,523.00, b’Dazju tas-Sisa dovut ta’ €190,072.82, kif ukoll Dazju ta’ Importazzjoni u Taxxa fuq il-Valur Miżjud (V.A.T.) li jammontaw għal €18,157.25 u €43,155.55 rispettivament, fejn liema dazji u taxxa ma kinux ġew imħallsa.