“Ipprotestajna b’solidarjetà mal-membri kollha tal-Korp”

L-Unjin tal-Uffiċjali tal-Pulizija tal-General Workers Union (GWU) u l-Unjin tal-Pulizija Maltija ippreċiżaw li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-mixja li l-unjins li jirrappreżentaw lill-membri tal-korp tal-Pulizija organizzaw fid-19 ta’ Mejju kienet waħda ta’ solidarjetà mal-membri kollha tal-korp.

Fl-istqarrija l-Unjins irrimarkaw li l-preżenza tagħhom fil-mixja ma kinitx relatata ma’ xi każ individwali iżda kienet preżentazzjoni ta’ appoġġ għall-korp kollhu.