Ipproteġi għajnejk mid-dawl blu-vjola

Illum-il ġurnata, id-dawl blu jdawwal id-dinja diġitali, minn smartphones sa dwal fid-djar. Wieħed jiddependi mid-dawl blu biex jgħix, jaħdem u jilgħab. Iżda mal-vantaġġi li d-dawl blu joffri hemm ukoll xi ftit konsiderazzjonijiet serji ta’ saħħa. Hekk kif l-ambjent ta’ ġewwa qed jinbidel, professjonisti tas-saħħa qegħdin jagħmlu dejjem aktar rakkomandazzjonijiet biex persuni ta’ kull età jipproteġu għajnejhom u ma jesponuhomx b’mod eċċessiv għad-dawl blu-vjola. 
Zeiss DuraVision BlueProtect hi ddisinjata speċifikament għal dawk in-nies li jqattgħu ħin twil quddiem il-kompjuter, televixin, jew tablet. Dan jgħodd ukoll għal min hu espost għad-dawl tat-tip LED (light-emitting diode) u CFL (compact fluorescent light). Is-sistema avvanzata tad-dawl  BlueProtect timblokka ammont sinifikanti dawl blu-vjola li l-iktar jikkawża ħsara. B’hekk, din is-sistema tkun qed tipprovdi protezzjoni aħjar mill-potenzjalità ta’ ħsara fl-għajnejn.
Adrienne Despott, Maniġer Ġenerali ta’ TUACO Opticians tispjega: “Id-dawl blu-vjola li jikkawża l-ħsara jinsab kullimkien, u iktar ma persuna tkun esposta għalih, iktar tkun qed iżżid ir-riskju ta’ ħsara fl-għajnejn. Simili għal radjazzjoni tal-UV li hi inviżibbli, l-espożizzjoni għad-dawl blu-vjola jista’ jaffettwa kemm l-għajnejn kif ukoll is-saħħa inġenerali. Meta persuna tixtri par nuċċali, aħna dejjem nirrakkomandaw lill-klijenti tagħna biex jinkludu coating protettiv fuq il-lenti ħalli b’hekk ir-riskju jitnaqqas kemm jista’ jkun.”
Minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Mejju, Zeiss BlueProtect Coating qed tkun offruta b’xejn lil kull min jixtri lentijiet Zeiss. Dan il-coating speċjali normalment jiswa €60 għal kull par lentijiet.
Il-lentijiet Zeiss u l-coating speċjali ta’ Zeiss DuraVision BlueProtect jinsabu għall-bejgħ għand TUACO Opticians, f’Triq Melita, jew f’Triq San Ġwann, it-tnejn fil-belt Valletta.