Ippreżentati l-pjanti l-ġodda taċ-Ċittadella

Dalgħodu ġew ippreżentati pjanti ġodda tal-entratura taċ-Ċittadella. Dawn jinkorporaw fihom il-passaġġ oriġinali li kien iwassal għall-bieb tal-belt li nstab meta kienu qegħdin isiru xogħlijiet ta’ tħammil qrib il-bieb l-antik taċ-Ċittadella.
Dan it-tibdil fil-pjanti sar biex dawn is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu ppreservati u jitgawdew minn kull min iżur iċ-Ċittadella. L-integrazzjoni ta’ dawn il-fdalijiet storiċi fid-disinn tal-entratura taċ-Ċittadella żgur li se jikkontribwixxu biex il-viżitaturi fiċ-Ċittadella jkollhom esperjenza aktar pożittiva u awtentika ta’ dan il-post storiku.
Il-pjanti l-ġodda taċ-Ċittadella se jkunu esebiti fil-Ministeru għal Għawdex kif ukoll fl-uffiċċju tal-UNESCO fix-Xewkija.