Ippreżentati l-flus miġbura mill-maratona fuq 103

Matul dan il-jum tkompli għaddejja l-maratona Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Arthur Caruana f’isem l-istazzjon 103 għamel il-preżentazzjoni tas-somma sabiħa ta’ €12,800 li nġabret waqt il-maratona ta’ 30 siegħa li huma għamel fis-6 ta’ Diċembru u li għaliha kienu ħadu sehem bosta bands li waslu l-mużika tagħhom b’mod live.

Il-maratona b’risq id-Dar tal-Providenza tkompli għaddejja llum l-1 ta’ Jannar 2020 sal-ħin ta’ nofsillejl.