Ippreżentata kwerela fil-konfront ta’ Austin Gatt

Il-kandidat Laburista Evarist Bartolo, Dr Emmanuel Mallia u Dr David Farrugia Sacco ppreżentaw kwerela fil-konfront ta’ Dr Austin Gatt.

David Farrugia Sacco, Evarist Bartolo u Emmanuel Mallia qegħdin jitlobu sabiex jinbdew proċeduri kriminali fil-konfront tal-Ministru Austin Gatt. Il-Partit Labusirta fi stqarrija qal li din il-kwerala qed tiġi ppreżentata talli nhar is-Sibt 16 ta’ Frar 2013, fuq l-istazzjon NET, waqt konferenza tal-aħbarijiet, allegatament inġurja u mmalafamhom bil-ħsieb li jtellef jew inaqqas mir-reputazzjoni tagħhom.