Ippreżentat l-Abbozz tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal

Il-Ministru għall-Familja Marie Louise Coleiro Preca preżentat l-ewwel kapitlu tal-Att dwar it-Tfal lis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici.
F’din il-liġi huwa propost li jidħlu kunċetti ġodda fosthom foster care permanenti u freeing for adoption filwaqt li jiġi provdut ċentru bil-għan li titnaqqas it-trawma li jgħaddu minna t-tfal permezz tal-proċess investigattiv.
Coleiro Preca spjegat kif il-Kummissjoni għall-Iżvilupp tal-Politika u Strateġija għat-Tfal kienet responsabbli mit-tfassil tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal.
Iċ-Chairperson ta’ din il-Kummissjoni Ruth Farrugia spjegat kif ir-responsabbiltà tat-tfal li jkollhom bżonn protezzjoni se tgħaddi mingħand il-Ministru għal għand il-Qorti tal-Familja.
Minn naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li għandu obbligu li joqgħod fuq min huwa espert f’dan il-qasam kif ukoll li huwa l-pjaċir tiegħu li ingħata din il-ħidma fl-interess tat-tfal. 
Bonnici qal li l-Gvern diġà għamel l-emendi fil-liġi u permezz ta’ din l-abbozz se jkompli isaħħaħ u jipproteġi d-drittijiet tat-tfal. 

Ritratt: DOI – Martin Attard