Ippreparaw għal sħana qawwija matul Awwissu!

Skont il-previżjonijiet tat-temp għax-xahar li għadu kif beda, Awwissu ta' din is-sena se jkun fost l-aktar sħan f'diversi snin.
Xi ħaġa simili se jkunu qed jesperjenzawha dawk il-pajjiżi fin-naħa t'isfel tal-Ewropa, dan hekk kif it-temperatura mistennija titla' għal 40 gradi selsjus.
Dawn it-temperaturi għoljin huma mistennija b'kawża ta' mewġa ta' sħana li mistennij tolqot il-gżejjer Maltin mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla. Is-sħana qawwija li se toriġina mid-deżert tas-Sahara, mistennija tibqa' tiela sa Franza u r-Renju Unit.