Ippremjati ħaddiema taċ-Ċentru tal-Onkoloġija

It-tim tad-Day Ward fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo rebaħ il-kategorija tim tas-sena għall-isforzi u l-ħidma mal-pazjenti bil-kanċer. Dan minħabba li baqgħu jipprovdu kontinwità fil-kura lill-pazjent waqt il-migrazzjoni bejn l-Isptar Boffa u ċ-Ċentru tal-Onkoloġija.
Il-kategorija role model tas-sena ntrebħet mill-infermiera Josette Parnis li taħdem fir-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li fil-kategorija Premju Ħaddiem tas-Sena kiseb it-tieni post l-infermier Vincent Spagnol.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-qasam tas-saħħa, l-impjegati ma jsibux sempliċiment impjieg imma dedikazzjoni.
Saħaq li “l-aqwa suċċess jibqa’ r-riżors uman li dan is-settur hu mogħni bih.”