Ippremjati għas-slogan dwar in-nisa u x-xjenza

It-tfal Dion Camilleri u Michela Portelli huma r-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-MEUSAC, organizzati waqt il-festival tax-xjenza fil-Belt Valletta, Science in the City.
Iż-żewġt itfal kitbu dak li tqiesu bħala l-aħjar slogans dwar li jfissru għalihom in-nisa u x-xjenza.
Għal Dion Camilleri, “Women in science is a break from convention” u għal Michela Portelli, “Women in science: an explosion of ideas”.
MEUSAC ilha tieħu ħsieb il-‘kantuniera tal-UE’ f’dan il-festival għall-aħħar erba’ snin. Fil-kompetizzjoni annwali hu maħsub li ħadu sehem mas-60 tifel u tifla.
Il-premijiet ingħataw lir-rebbieħa mill-Prof. Alex Felice, li jikkordina l-festival annwali, u minn Vanni Xuereb, il-kap tal-MEUSAC.