Ippremjati dawk li jagħtu servizz bi tbissima

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħabbret ir-rebbieħa tat-tielet edizzjoni tal-premju Servizz bi Tbissima.
Iċ-Chairperson tal-Awtorità qalet li għan ta’ dawn il-premijiet hu li l-Awtorità tirrikonoxxi lil dawk il-bejjiegħa li jipprovdu servizz tajjeb lill-konsumaturi u lil dawk li jadottaw prattiċi kummerċjali li jibbenefikaw minnhom il-konsumaturi.
Din is-sena l-kompetizzjoni ffukat fuq ħames kategoriji ta’ bejjiegħa.
Ir-rebbieħa fil-ħames kategoriji:
Prodotti elettroniċi u oġġetti tad-dar
1. SCAN
2. Forestals
3. Homemate
Moda u sbuħija
1. Centro Moda
2. KIABI / New Look
3. ZARA
Supermarkets and Mini Markets
1. Smart Supermarket
2. PAMA
3. PAVI
L-ivjaġġar
1. Brittania Tours
2. ROCS Travel
3. Hamilton Travel
Xiri onlajn lokali
1. Smart.com.mt
2. scanmalta.com / xusmalta.com
3. www.maltasupermarket.com.
Ir-raba’ edizzjoni mistennija li titnieda fix-xhur li ġejjin.