Ippremjat il-Westin Family Kids Club

Il-Westin Dragonara Resort għadha kemm kienet ippremjata bil-premju globali ta’ Starwood Hotels & Resorts għall-programm tagħha favur il-familja, magħruf bħala l-Westin Family programme. F’kompetizzjoni miftuħa għal-lukandi kollha tal-Westin, timijiet differenti ntalbu jissottomettu l-iktar inizjattivi riċenti tagħhom favur il-familja.
Bħala parti mill-programm imniedi frisk, residenti u oħrajn ikunu mistiedna jieħdu sehem f’attivitajiet immirati għat-tfal, maħsuba biex jippromwovu esperjenza pożittiva għalihom.
Il-klabb tat-tfal issa jgawdi minn spazju rinovat b’disinn modern u tim ta’ nies dinamiċi li qed joħolqu attivitajiet interattivi għat-tfal u l-familji tagħhom.