Ipposponu l-Olimpjadi – iċ-Chairman tal-Atletika fl-Ingilterra

Iċ-Chairman tal-Atletika fl-Ingilterra Nic Coward issuġġerixxa li l-Olimpjadi ta’ Tokyo ta’ din is-sena għandhom ikunu posposti minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Il-bżonn qed jinħass wara li numru ta’ kompetizzjonijiet li jgħinu lill-atleti jikkwalifikaw għall-Olimpjadi tħassru wkoll. L-atleti wkoll ikkritikaw il-pożizzjoni li ħadu l-organizzaturi, b’dawn tal-aħħar ikomplu jinsistu li l-Olimpjadi għandha ssir bejn l-24 ta’ Lulju sad-9 ta’ Awwissu.

Ħafna mill-atleti li kienu qed jippreparaw ruħhom għal-logħob Olimpiku u dak Paralimpiku spiċċaw bla post fejn jitħarrġu wara li dawn il-postijiet ingħalqu minħabba t-tixrid tal-coronavirus.