Ippopotami joqtlu 2 fil-Kenja

Ippopotami qatlu tnejn min-nies, turista u sajjied, f’partjiet differenti tal-istess lake Naivasha fil-Kenja, fil-punent tal-belt kapitali Nairobi.

It-turist huwa raġel Ċiniż ta’ 66 sena Chang Ming Chuang, u xhieda qalu li r-raġel qagħad viċin wisq tal-annimal biex jeħodlu ritratt u li f’ħin minnhom l-ippopotamu tah is-salt u gidmu f’sidru. Huwa ttieħed l-isptar fejn miet ftit tal-ħin wara.

Fit-tieni każ ippopotamu ieħor attakka sajjied li kien qed jistad ftit kilometri l-bogħod minn fejn seħħ l-ewwel każ. F’dan il-każ ukoll l-ippopotamu gidem lis-sajjied f’sidru u l-ferita kienet fatali tant li s-sajjied miet fil-post fi ftit minuti.

Mill-bidu tas-sena, sitta min-nies sfaw attakkati mill-ippopotami madwar dan il-lake.