Ippjanat restawr estensiv fl-Imtarfa

Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects Ian Borg addresses a press conference on infrastructural investment in Mtarfa

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg żar is-sit fl-Imtarfa fejn ħabbar li se jsir proġett ta’ restawr b’investiment ta’ €1.5 miljun, bil-mira li jitlesta sal-2022.

il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru s-siti tal-pjazza tal-Imtarfa u tal-Clock Tower flimkien mas-Sindku tal-lokalità Daniel Attard. “Illum qegħdin hawnhekk għax se naraw riġenerazzjoni ta’ madwar 4,000 metru kwadru, spazju sostanzjali għall-komunità tal-Imtarfa, investiment dirett fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti,” qal il-Ministru Ian Borg.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli, li akkumpanjatu f’din iż-żjara fissret kif il-proġett tat-torri tal-arloġġ u ċ-ċentru kulturali reġjonali, li se jsir b’investiment addizzjonali ta’ madwar €0.5 miljun kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, huwa eżempju tajjeb ta’ dak li hija sejħet bħala s-suċċess li għamlet Malta mis-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea.