Ippjanar ħażin ikkawża l-qtugħ tad-dawl – PD

Wara li fl-aħħar jiem kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl, il-Partit Demokratiku qal li dan il-qtugħ qed isir minħabba pjanar ħażin li qed iwassal biex ikun hawn telf fl-ekonomija tal-pajjiż. Dan qed iwassal biex qed issir ħsara irreparabbli fis-settur turistiku.

Fi stqarrija l-Partit Demokratiku wiegħed li se jkun qed jindirizza din il-problema biex il-qtugħ fil-provvista tad-dawl tkun xi ħaġa tal-passat. Żied li li huwa evidenti li għandu bżonn ikun hawn politika nazzjonali dwar l-enerġija sabiex wieħed jevita li fil-futur ikun hawn qtugħ fil-provvista tad-dawl meta mhux mistenni.

Il-PD rringrazzjaw lil dawk kollha involuti biex titranġa din il-ħsara u kellhom jidħlu xogħol meta ma kinux. Żiedu li bħala Partit japprezzaw is-sagirfiċċju li jagħmlu dawn l-individwi biex id-dawl jirritorna kemm jista‘ jkun malajr.  

Bħalissa diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex jinsabu mingħajt dawl. Din hija r-raba’ darba f’anqas minn xahar li nqata’ d-dawl fil-Gżejjer Maltin.