F’Kalifornja: iPhone jisplodi u jieħu n-nar f’idejn tifla ta’ 11-il sena

Apple qed tinvestiga każ li fih allegatament iPhone 6 sploda f’idejn tifla ta’ 11-il sena f’Kalifornja, fl-Istati Uniti.

Il-każ ġie żvelat riċentament wara li t-tifla tkellmet mal-midja internazzjonali fejn stqarret li kollox kien normali u kienet qed tuża l-mowbajl fuq is-sodda meta f’salt minnhom beda jisparkja. Hija żiedet tgħid li bil-ħasda li ħadet waqqgħet il-mowbajl fuq is-sodda u ħalla xi toqob fil-lożor u fis-saqqu kawża tal-ħruq.

It-tifla qalet li sofriet xi ħruq żgħir u li kienet fortunata hekk kif l-ikbar ħsara seħħet lis-sodda u mhux lilha. Hija sostniet li l-mowbajl tużah prinċiparjament biex tara filmati fuq Youtube.

Sadanittant l-iPhone iżżarma kawża tal-ħruq tant li l-iskrin inqala’ totalment minn mal-kumplament tal-mowbajl u l-mowbajl innifsu bilkemm baqa’ jintagħraf.

Omm it-tifla kkuntattjat lill-Apple biex tilmenta dwar dan l-inċident li seta’ kellu effetti agħar. Huma talbuha sabiex tibgħatilhom ritratti tal-mowbajl, timposta l-fdaljiet tal-iPhone 6 u li se jimpustaw iPhone ieħor lil bintha.