iPhone: Bug ġdida taffettwa numru ta’ apps

Tip ta’ problema ġdida qed taffettwa lill-iPhones li jaħdmu bl-iOS 11, li qed jikkraxxjaw meta jirċievu karattru wieħed Indjan.
L-apps li ma jibqgħux jaħdmu jinkludu l-iMessage, il-WhatsApp u l-messenger ta’ Gmail u Facebook.
Telegram u Skype ma jiġux affettwati.
L-istess bug affettwat ukoll verżjonijiet macOS ta’ Safari u Messages.
Il-verżjoni beta tal-iOS 11.3 mhix affettwata minn din il-bug.