iPhone 6 u iPhone 6 Plus f’Malta fit-23 t’Ottubru

Malta se tkun wieħed mill-pajjiżi li fit-23 t’Ottubru se jaraw il-wasla tal-iPhone 6 u l-iPhone 6 Plus f’pajjiżhom.
Filwaqt li fis-17 t’Ottubru l-aħħar żewġ smartphones fuq is-suq se jaslu f’Monako, fil-każ tar-Repubblika Ċeka, il-West Indies ta’ Franza, Greenland, il-Polonja, ir-Reunion Islands u l-Afrika t’Isfel, flimkien ma’ Malta, l-ismartphones se jaslu fit-23 t’Ottubru.
L-iPhones se jaslu wkoll f’għadd ta’ pajjiżi oħra fit-30 t’ Ottubru.
Dan ikun ifisser li sal-aħħar t’Ottubru, l-iPhone 6 l-iPhone 6 Plus b’kollox se jkunu għall-bejgħ f’total ta’ 69 pajjiż u territorji madwar id-dinja. L-għan tal-Apple hu li qabel l-2015, l-ismartphones ikunu għall-bejgħ f’115 pajjiż.
Fi tmiem il-ġimgħa wara li nadiet l-ismartphones, Apple biegħet iktar minn 10 miljun iPhone 6 u iPhone 6 Plus. In-numru rekord ta’ bejgħ issorprenda anke lill-analisti li kienu qed ibassru li l-bejgħ kien ħa jkun bejn il-ħames u s-seba’ miljuni l-aktar.